Formoli Elettroniċi

Dan ir-rikors jista’ jintuża biex tippreżenta t-talba tiegħek quddiem il-Qorti tal-Maġistrati. Flimkien ma’ dan ir-rikors tista’ tehmeż id-dokumenti kollha b’appoġġ għat-talba/talbiet tiegħek. Din il-Formola elettronika tista’ tintuża għall-preżentazzjoni online tar-rikorsi li ġejjin: Avviż — Kundanna għal ħlas, Avviż — Punt ta’ Liġi, Rikors — Revoka ta’ Mandat, Rikors — Inġurja u Libell, Rikors b’kontestazzjoni ta’ Ittra Ġudizzjarja ppreżentat skont l-Artikolu 166A tal-Kapitolu 12, Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 466 tal-Kapitolu 12, Rikors għal kawża ta’ ritassa.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din il-formola elettronika tista’ tintuża wkoll għat-tiftix għal testmenti sigrieti ta’ persuni deċeduti. Testmenti bħal dawn jiġu ddepożitati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġuriżdizzjoni Volontarja). Ir-rikorrent jiġi infurmat bir-riżultat tat-tfittxija u jekk ikun pożittiv, rikors jista’ jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-qorti minn avukat jew nutar jew prokuratur legali għall-pubblikazzjoni tat-testment sigriet.

Kwalunkwe ittra ġudizzjarja, minbarra dawk li jeħtieġu ġurament, tista’ tiġi ppreżentata online permezz ta’ din il-Formola elettronika. Barra minn hekk, jistgħu jiġu mehmuża dokumenti li jissostanzjaw it-talba.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din l-applikazzjoni tintuża biex titressaq talba quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva sabiex it-Tribunal jirrevedi att amministrattiv tal-amministrazzjoni pubblika dwar punti ta’ liġi u ta’ fatt f’termini tal-Artikolu 15(2) tal-Kap 490 tal-Liġijiet ta’ Malta, l-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva. Din l-applikazzjoni trid tiġi ffirmata minn Avukat jew Prokuratur Legali.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din il-formola tintuża biex titressaq quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar talba għal flus li ma tkunx aktar mill-ammont ta’ ħamest elef euro (€5,000) u b’din jingħata bidu għal proċeduri quddiem l-istess Tribunal.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din il-formola tintuża mill-parti li tkun ingħatat notifika ta’ talba mressqa kontra tagħha quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar u tkun trid li tagħti risposta għat-talba. Din ir-risposta għandha tintbagħat fi żmien 18-il jum mid-data ta’ meta din il-parti tkun irċeviet in-notifika tat-talba. Jekk il-parti hekk notifikata trid tagħmel kontrotalba kontra l-parti li tkun għamlet it-talba, hu/hi għandha tuża din l-istess formola u timla l-parti intitolata “Risposta għal Kontrotalba”.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din il-formola tintuża mill-parti li tkun ressqet it-talba quddiem it-Tribunal għal Talbiet Żgħar biex tirrispondi għall-kontrotalba li tkun saret mill-parti li kontra tagħha tkun tressqet it-talba.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.

Din il-formola għandha tintuża meta parti trid tappella kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar. L-appell minn tali deċiżjoni ssir permezz ta’ applikazzjoni ppreżentata fil-Qorti tal-Appell (Inferjuri) u għalhekk dan ir-rikors skont il-liġi għandu jiġi ffirmat minn avukat kif ukoll minn prokuratur legali jew il-parti appellanti. Ir-rikors tal-appell għandu jiġi ppreżentat fi żmien għoxrin ġurnata mid-data tad-deċiżjoni.

Din il-formola trid timtela kompletament bil-lingwa Maltija.