Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b’mod volontarju.
Skont ir-Regolament (UE) 2016/679 Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek u se nimxu ma’ dan id-dmir. Aħna nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji tiegħek miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent, lil kwalunkwe parti terza sakemm ma tagħtina l-kunsens tiegħek biex tagħmel dan jew kif awtorizzat mil-liġi.
Il-lista tar-regoli (‘Il-Policy’) tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta’ link li tkun fil-qiegħ ta’ kull paġna tas-sit.
Kif nipproċessaw id-data personali?
1) e-Forms
Nistgħu niġbru informazzjoni personali fil-proċess tas-sottomissjoni tal-formoli permezz tas-sit web, indirizzata lil Ministeru, Dipartiment jew Entità oħra tal-Gvern ta’ Malta skont il-każ. F’każijiet bħal dawn, is-sit web jintuża bħala Interfaċċa tal-Utenti u l-informazzjoni li tinsab fil-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-Ministeru, id-Dipartiment jew Entità oħra tal-Gvern ta’ Malta rilevanti. F’dan il-każ, ikun japplika l-perjodu taż-żamma tas-servizz inkwistjoni.
2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni
Is-server tal-web iżomm logs limitati dwar l-indirizzi IP jew il-post fejn jinsab il-kompjuter tiegħek fuq l-Internet, għal finijiet ta’ amministrazzjoni tas-sistemi u ta’ individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet. Ma nużawx il-logs tal-indirizzi IP biex nittraċċaw is-sessjoni tiegħek jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.
3) e-ID
Tista’ ukoll tuża l-faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont e-ID tiegħek bħala mezz ta’ awtentikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentikazzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali mill-web browser tiegħek.
4) Kuntatt/Feedback
Meta jużaw il-faċilitajiet online ta’ dan is-sit web, is-suġġetti tad-data jistgħu jintalbu jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għall-finijiet ta’ kuntatt. L-informazzjoni kollha pprovduta fil-formola Contact Us/Feedback se tiġi pproċessata wara l-għoti tal-kunsens tiegħek.
Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ data li s-sit jittrasferixxi lill-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta l-utent iżur is-sit web. Dan is-sit web jagħmel użu limitat mill-cookies u konsegwentement, għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri, qed tiġi ggwidat biex iżżur il-Politika tagħna dwar il-Cookies.
Id-drittijiet tiegħek
Bħala individwu inti tista’ teżerċita d-dritt li taċċessa l-informazzjoni miżmuma dwarek, għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet b’rabta ma’ din l-informazzjoni miżmuma minna, jekk kemm-il darba teżisti tali data, nitolbuk tikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-data permezz tal-paġna ‘Ikkuntattjana’ fi ħdan is-sit tagħna.
Għalkemm se jsiru l-isforzi raġonevoli kollha biex l-informazzjoni tiegħek tinżamm aġġornata, inti ġentilment mitlub tinfurmana bi kwalunkwe bidla li tirreferi għad-data personali miżmuma minn dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ jekk tqis li ċerta informazzjoni dwarek mhijiex preċiża, tista’ titlob rettifika ta’ tali data. Għandek ukoll id-dritt li titlob l-imblukkar jew it-tħassir tad-data. F’każ li ma tkunx sodisfatt bl-eżitu tat-talba għall-aċċess tiegħek, tista’ tirreferi lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, żur www.idpc.gov.mt għad-dettalji ta’ kuntatt.
Biex tagħtik servizz aħjar, is-sit tagħna jista’ jgħaqqadk ma’ għadd ta’ links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħra. Meta tikkonnettja ma’ siti web oħra bħal dawn ma tibqax soġġetta għal din il-politika iżda għall-politika ta’ privatezza tas-sit il-ġdid.
Dan is-sit juża Safure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura t-trażmissjoni sigura tad-data personali tiegħek. Għandek tkun tista’ tara s-simbolu tal-padlock fl-istrixxa tal-istatus tal-qasam tal-indirizz tal-brawżer. L-indirizz tal-url se jibda wkoll b’https://depicting paġna web sigura. SSL tapplika kriptaġġ bejn żewġ punti bħall-PC tiegħek u s-server ta’ konnessjoni. Kwalunkwe data trażmessa matul is-sessjoni tiġi kriptata jew skremjata u mbagħad dekriptata jew mhux skremjata fi tmiem ir-riċeviment. Dan jiżgura li d-data ma tkunx tista’ tinqara matul it-trażmissjoni.
Jekk ikun hemm xi bidliet f’din il-politika ta’ privatezza, se nbiddlu din il-paġna b’verżjoni aġġornata. Għalhekk huwa fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna “Politika dwar il-Privatezza” fi kwalunkwe ħin li taċċessa s-sit web tagħna sabiex tkun taf bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ minn żmien għal żmien.
Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ servizz, jiġi milqugħ u apprezzat ħafna.
L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad–Data tal-Qrati jista’ jiġi kkuntattjat fuq [email protected].
