Awtorità Pubblika | Qrati tal-Ġustizzja |
|---|---|
Deskrizzjoni tal-istruttura tad-dipartiment/direttorat/entità | Il-Qorti tal-Ġustizzja hija maqsuma fi tliet Direttorati: id-Direttorat tal-Qrati Ċivili, id-Direttorat tal-Qrati Kriminali u d-Direttorat tas-Servizzi ta’ Appoġġ. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għal hawn. |
Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tad-dipartiment/direttorat/entità | Il-Qorti tal-Ġustizzja hija maqsuma fi tliet Direttorati: id-Direttorat tal-Qrati Ċivili (Qrati Ċivili u Tribunali), id-Direttorat tal-Qrati Kriminali (Qrati Kriminali u Tribunali) u d-Direttorat tas-Servizzi ta’ Appoġġ (Amministrazzjoni : Finanzi, Riżorsi Umani, Operazzjonijiet u Servizzi Legali). |
Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li d-dipartiment/direttorat/entità għandu (inklużi dokumenti eżentati) | Fajls Ġudizzjarji (inklużi sentenzi) u Fajls Amministrattivi. Fajls tar-riżorsi umani jinkludu: fajls tal-impjegati u applikazzjonijiet għal sejħiet għall-applikazzjonijiet. L-applikazzjonijiet kollha tal-kandidati li ma kisbux il-post jinżammu għal perjodu ta’ sena wara l-perjodu ta’ validità tas-sejħa rilevanti għall-applikazzjonijiet. |
Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida li skonthom isiru deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom) | Japplikaw l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-PSMC. |
Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-uffiċjal jew uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess | Uffiċjal tal-FOI Courts of Justice, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT 1112 25902335/25902536 |
Dettalji ta' Proċedura ta' Ilmenti Interni | Applikant li t-talba tiegħu għall-informazzjoni tiġi miċħuda, jew li b’xi mod ieħor mhux sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx sodisfatta jew le, jista’ jindirizza ilment lill- Qrati tal-Ġustizzja. L-ilment għandu jiġi indirizzat lid-Direttur Ġenerali. Huwa se jirrevedi l-ilment bl-għajnuna tad-Diretturi li huma responsabbli għall-ilment rispettiv. L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi l-ilment. L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella mid-deċiżjoni jew inkella jindirizza ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data skont l-Att dwar il-Ħelsien tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-Liġijiet ta’ Malta). L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu jew tagħha, u fil-każ ta' konferma ta' deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tkunx milqugħa jew le mill-Ministeru, u d-deċiżjoni oriġinali tiġi milqugħa, l-applikant għandu jkun. jingħata spjegazzjoni għaliex l-ilment tiegħu jew tagħha ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv. Applikant jista' wkoll jagħmel użu mill-Proċedura ta' Ilmenti Interni biex jirrapporta n-nuqqas ta' konformità mal-iskadenzi jew biex jibgħat notifiki. F'dawk il-każijiet fejn it-talba għall-informazzjoni tista' tintlaħaq, iżda ma tkunx intlaħqet fl-iskadenzi speċifikati mill-Att, l-uffiċjal responsabbli għandu jirrinunzja għal kull ħlas applikabbli għas-sottomissjoni tal-informazzjoni. |
Informazzjoni Oħra | Ħinijiet tax-Xogħol- 1 ta' Ottubru - 15 ta' Ġunju 07.45-16.30 16 ta’ Ġunju - 30 ta’ Settembru 07.30-13.30 It-Talba u l-Ilmenti Interni jistgħu jintbagħtu lill-posta elettronika ġenerika tal-uffiċjal tal-Libertà tal-Informazzjoni fil-Qrati tal-Ġustizzja jew billi tuża l-formola online jew permezz tal-e-ID permezz tal-portal tal-FOI foi.gov.mt. Indirizz: Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT 2000. Il-ħlasijiet jistgħu jsiru fi flus kontanti jew b’ċekk lid-Direttur Ġenerali, Qrati tal-Ġustizzja fl-indirizz li ġej: Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali, Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT 2000. |
Dettalji ta' Kuntatt ta' l-Awtorità Pubblika | Qrati tal-Ġustizzja Qrati tal-Ġustizzja, Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT 1112 Website: courts.gov.mt Websajt tal-FOI: |
